Pick Language

Lara Calleja

lara-calleja

Lara Calleja, born in 1988, was raised in Marsaskala, a once quaint seaside village in Malta that is now overshadowed by apartment blocks. Having graduated with honours in Near Eastern studies in 2010, Calleja worked for several years in tourism. Her debut novel, Lucy Min?, was published in 2016 and shortlisted for Malta’s National Book Prize. Calleja then worked as a part-time librarian for 6 years, finding an outlet for her love of books. She loved organising yearly literary events and she managed to upgrade the collection of the very small library that employed her, leading to an increase in readership at a time when use of Malta’s public libraries was diminishing. Having continued to write during this time, in January 2020, Lara left her full-time job in tourism to start her career as a freelance writer and translator. In the following months, she published her second book, Kissirtu Kullimkien (You Have Destroyed Everything), which won her the National Book Prize for best emerging author. In the summer of 2020, Lara was commissioned to write her first-ever theatrical script. Her play Taralalla will be staged at Valletta’s art hub Spazju Kreattiv in October 2021.

 

  • EUPL Year: 
    2021
  • EUPL Country: 

Winning Book

Kissirtu kullimkien (You Have Destroyed Everything)

'You Have Destroyed Everything' presents a series of short stories, focusing on typical local characters who are woven into a narrative that goes to the very heart of Malta’s political issues. The narrator changes with each story: an unrequited lover, a cat who has lost its owner, a nostalgic old woman who has an unusual friendly relationship with a bus driver, and a traumatised migrant who recounts the harshness of his home country, his traumas and the hostility he has experienced since arriving on the island. The tone changes, reflecting the changes in the stories and characters. Some stories are kind and sad, others harsh but hopeful, and some simply tell tales of helplessness. Political themes emerge naturally from the context of the characters’ experiences, i.e., political issues such as over-construction are strongly affecting people’s daily lives in Malta. You Have Destroyed Everything’s last story ends on a hopeful note, as the narrator – a young aspiring farmer – gazes at the sky and sees in it a comforting reminder that things will inevitably change.

kissirtu-kullimkien

Publishing House

Organisation: 
Merlin Publishers

Agent / Rights Director

Representative: 
Chris Grupetta

Excerpt

Rożi tax-Xgħajra

Rożi

Rożi ftit kienu jafuha nies. Rari ħarġet mir-raħal ħlief għal xi tieġ jew festin tal-familja. Li toħroġ ’il bogħod minn raħalha għal Rożi kienet xi ħaġa kbira. Kienet tħoss diqa enormi, qisu xi ħadd ċaħħadha minn element bażiku ta’ ħajjitha, u għal dawk il-ftit sigħat li kienet tqatta’ ’l bogħod mix-Xgħajra, Rożi kienet itteftef fil-libsa u tħossha kemxejn aġitata, b’ġenn inkallat biex in-neputi Liam jegħja jixrob u jfittex iwassalha lura d-dar. Ir-raħal tax-Xgħajra Rożi kienet tħobbu wisq. Xi trid iktar? Kwiet, baħar li kważi dejjem imqalleb biex jiffriskalek il-pulmun, knisja ħelwa u żgħira u l-istess erba’ wċuħ, li forsi sindikajri xi naqa kemm, imma wara kollox kulħadd sindikajr, hemm min b’ħanġra u hemm minn b’sikta. Finalment Rożi tberikhom għal ġieħ kemm-il darba sabithom fil-bżonn u r-residenti tal-villaġġ tagħha kienu raġuni oħra kbira għalfejn Rożi qatt ma kienet toħlomha li titlaq minn hemm. Tiftakarha kuljum meta missierha tah attakk ikrah f’qalbu. X’kienet tagħmel mingħajrhom li kieku f’dik il-ġimgħa ma ħadux paċenzja biha? Iwassluha Mater Dei, isajrulha, u jitimgħulha lil Ġovanna, il-qattusa ndannata u nofs grazzja li żżomm f’darha Rożi.

Ix-Xgħajra villaġġ żgħir u ftit huma n-nies li jgħixu hemmhekk matul is-sena kollha. Ħafna kienu jiġu għal sitt xhur biss, igawdu x-xatt kwiet. Fix-xitwa, il-maltempati u l-irwiefen hemmhekk huma xi ħaġa fenomenali; ir-riħ tistħajlu xi kelb irrabjat qiegħed iħuf wara t-twieqi ta’ darek, u l-baħar jogħla s-sulari sakemm fl-aħħar jispiċċa jitfarrak waħdu mal-blat xieref. B’hekk ħafna jiddeċiedu li fl-istaġuni iktar kesħin idabbru rashom lura lej’ darhom f’Ħaż-Żabbar.

Imma Rożi, sajf u xitwa hemm. Dejjem. Għalkemm ma kinitx toqgħod fejn il-baħar, kienet ixxomm dik ir-riħa ta’ ilma mielaħ minn kullimkien. Magħmul minn diversi niżliet paralleli, li kollha jagħtu għax-xatt, il-baħar fix-Xgħajra tarah, tħossu fi mnifsejk ma’ kull kantuniera.

Imma mhux din l-aħħar sena. Minn meta waqqgħu d-dar ta’ ħdejha, u dik li tmiss mal-parapett ta’ wara — hekk, kollha f’daqqa — Rożi ma tafx x’laqatha. Flok riħa ta’ melħ ma’ kullimkien, hemm riħa ta’ terrapien u ġir. Flok ħsejjes tal-bejta għasafar fir-rebbiegħa jħaxwxu xi mkien mas-siġra tal-larinġ fil-ġnien, hemm ħoss ta’ jigger li jtaqqablek il-voglia li tgħix il-ġurnata. Flok jilqgħek ir-raxx sabiħ tal-baħar dejjem imċaqlaq tax-Xgħajra hekk kif tiftaħ l-antiporta (li issa qed tkun rarament miftuħa), tilmħek daħna bajda ta’ trab tat-tfarrik ta’ ġebel, li tidħollok f’għajnejk.

Il-qattusa Ġovanna wkoll qisha mhix f’postha. Qabel bilkemm kont taraha ġewwa. Dejjem moħbija xi mkien fis-siġra tal-larinġ — daqqa rieqda hemm, daqqa tiżvoga difrejha ma’ zkukitha, u daqqa biex mingħaliha ħa tħebb għal xi għasfur tal-bejt. Imma issa Ġovanna dejjem rieqda fuq is-siġġu ta’ ġewwa, u bilkemm titħarrek ħlief meta tisma’ ċ-ċekċik tal-ikel. Donnha saret iktar fessuda wkoll. Sforz id-dwejjaq ta’ dak li qiegħed jiġri madwarha forsi — jew abbli qed tixjieħ u timmansa, taħseb Rożi. Jew sforz it-tnejn insomma. Min jaf.

Taħdita tal-istess erba’ wċuħ — 

“Xi ġmiel Marì, rajthom t’hemm isfel?” “Xiex?”

“Tellgħu blokka. Ta’ fuq nett jaraw il-baħar.” “Ija mela. It-tifla ta’ Marju xtraw wieħed. Ma ħaduhx daqshekk ta. Mitejn elf. Bil-madum u l-kmamar tal-banju.”

“Il-Marija Madunna. Id-dar tagħna qrib l-għaxart elef konna xtrajnieha tletin sena ilu. U tara l-baħar.”

“Ijwa Tes ħi, imma għaż-żminijiet t’issa mitejn ċuċata ħaduh.”

“Ija vera, forsi. Sbieħ ħafna insomma. Għidilha r-risq ħija.”

“Qed itellgħu ta, mhux ħażin. Issa anke ta’ Rożi qed iwaqqgħu.”

“Ija?”

“Mela.”

“U Rożi? Ili ma naraha kos.”

“E, Rożi l-Imgieret ħija. Kienet ilha bilkemm tista’ timxi miskina, imma qatt ma tħajret iddabbar rasha mix-Xgħajra dik. Dejjem hawn taraha. Itteftef xi ħobża fuq il-banketta. Ħa ngħidlek, aħjar Alla joħodni milli nispiċċa f’dik l-imniefaħ dar tax-xjuħ. Ommi kienet hemm, Alla jaħfrilha. Qisha dar tal-imġienen ħi mhux dar tal-anzjani. Jittrattawk qisek tifla ta’ sitt snin, u bilkemm iħalluk toħroġ.”

“Miskina Rożi. U d-dar min ħadha allura?” “Ħuha ħi għandikun. Dik għandha ħuha xi għoxrin sena iżgħar minnha u ħa d-dar f’idejh u waqqagħha. Qed jistennew il-permess għal sular ieħor, qalli Twanny.”

“Issa ngħid lit-tifla ta’ oħt Joe, għax dik kienet qiegħda titħajjar tixtri flett lejn dawn in-naħat.”

Ġovanna

Għadni qiegħda nħuf fiż-żibel li donnu dal-aħħar qed jiżdied fl-inħawi, bit-tama li nsib xi sidra ta’ tiġieġa bħall-aħħar darba. Imma minflok kelli nerġa’ nqatta’ lsieni ma’ ħaġa tonda li kellha xi fdalijiet ta’ xi tip ta’ ħuta. Hemm tfajla ġieli tiġi ttini xi ħaġa tal-ikel, imma mill-bqija rrid infendi għal rasi biex immantni ruħi. Minn għajnejja l-ħin kollu ħierġa żlieġa u ġieli juġgħuni u ma nkunx nista’ niftaħhom sew. Dal-aħħar ukoll l-għasafar bilkemm għadni nismagħhom. Eħħħ. Dak iż-żmien tas-siġra kollha blalen oranġjo, u l-ikel dejjem lest u s-sodda dejjem sħuna, spiċċa. Dik ix-xwejħa tal-ġersi kulur is-sema u għajnejn kulur il-ħamrija, għebet bla ma biss qaltli ċaw jew avżatni li f’daqqa waħda ħa nispiċċa bla saqaf fuq rasi.

Jien naħseb ħadha miegħu xi mkien dak ir-raġel ikrah li darba fost l-oħrajn lestieli platt bl-ikel favorit tiegħi. Jien għedt da’ kemm ħa naqla’ ikel illum? U sa anke ħariġli l-plattina fil-parapett tan-naħa l-oħra li qatt ma kienet tħallini noħroġ fih dik il-mara tal-ġersi kulur is-sema. U jien u niekol bil-qalb, ir-raġel ikrah bi qmis kulur il-plattina għalaq il-bieb minn fejn kont ħriġt b’sabta, u bqajt maħsuda nħares lejh jgħaġġel ’il bogħod sakemm ma deherx aktar. Stennejt lilu jew lill-mara tal-ġersi b’kulur is-sema biex jerġgħu jfeġġu ħalli jiftħuli l-bieb. Wara tlett ijiem nistenna, iċċaqlaqt minn hemm, u bdejt inħuf għal rasi, bit-tama li l-mara ta’ għajnejha kulur il-ħamrija terġa’ tiġi lura, u tiftaħli l-bieb għal ġewwa.

Imma meta għadda naqa żmien u rajt qisu annimal ikrah u enormi jiddevora lid-dar fejn darba kont ngħix, sa anke rajtu jqaċċat lis-siġra kollha blalen oranġjo minn għeruqha; qtajt jiesi għalkollox u dakinhar u anke l-għada marli l-aptit għalkollox li niekol jew niċċaqlaq.

Meta tkun trid tmut fix-xjuħija, il-ġisem iċedi u jħallik tmut

Dakinhar li nbiegħ l-ewwel flett fejn darba kienu jimirħu omm, missier, ħut Rożi u l-qattusa Ġovanna, Rożi ħadet l-aħħar nifs imqanżaħ f’waħda mir-ringieli sodod bojod u minsijin tal-Imgieret.

Rożi kienet ilha titlob lill-Bambin tal-Ħniena Divina biex joħodha miegħu u jeħlisha mit-torment ta’ din il-ħajja ġdida li qatt ma basret se tiġi imposta fuqha proprju fl-aħħar żmien ta’ ħajjitha. Ġieli kienet taħseb f’Ġovanna. Fit-tliet darbiet li ġie jżurha ħuha ż-żgħir, qatt ma rnexxielha toħodlu minn rasu x’kien għamel biha. Imma ħarstu kien idawwarha n-naħa l-oħra u Rożi fehmet li bħalma rema lilha f’dan l-isptar ikrah fejn qatt ħadd ma jiġi jżurha, ma kienx ħa jiddejjaq jarmi lil Ġovanna wkoll.

Hawnhekk fl-Imgieret ma kienx postha, kienet tgħid Rożi bejnha u bejn ruħha. Vera li meta kienet tgħix f’darha x-Xgħajra bilkemm kienet tiflaħ timxi, imma mill-bqija kienet tħossha tarmi s-saħħa. Ġara mbagħad imma li bil-bini u l-istorbju u kulma kien hemm madwarha, ħuha ż-żgħir fl-aħħar irnexxielu jikkonvinċiha li aħjar tinġabar xi mkien fejn jistgħu jieħdu ħsiebha. Xi mkien sabiħ fejn hemm ħafna siġar u kwiet. U lil Ġovanna joħdilha ħsiebha hu. Tħabbilx rasek, kien jgħidilha. Waqgħet fin-nassa. Pu!

Hekk kif Rożi kienet fis-sodda fl-aħħar ftit sigħat ta’ ħajjitha, in-ners semgħetha tgedwed u tgħid ħafna affarijiet. In-ners tħassritha waħedha u qabdet siġġu u poġġiet ħdejha. Fl-esperjenza tagħha kienet taf li dawn huma sinjali li jimmarkaw l-aħħar ftit sigħat ta’ persuna qiegħda tmut.

“Miskina, waħedha ħallewha u qgħadt ħdejha jien. Imma kellha tbissima kbira fuq wiċċha u bdiet tgħajjat lil xi ħadd Ġovanna biex tinżel mis-siġra ħa tagħmlilha l-ikel. Qabbditni l-bard kif bdiet titbissem u taqleb għajnejha fl-istess ħin. Imbagħad qabditli idi u staqsietni jekk irridx melħ mal-brodu. Komplejt magħha u għedtilha iva u mellistilha rasha. Staqsietni jekk hix qiegħda x-Xgħajra u kont naf li kienet tħobbu ħafna hemmhekk, taf int kibret hemm u kulħadd jafha mid-dehra. U jien għedtilha iva, ix-Xgħajra qiegħda, u Ġovanna qiegħda hawn ħdejja. Wiċċha sserja f’daqqa u staqsietni jekk Ġovanna ħafritilhiex. Ma nafx min hi di’ Ġovanna jien, imma għedtilha iva mela ħafritlek.”

Reġgħet tbissmet Rożi u baqgħet b’ħalqha kemxejn imċarrat hekk. U n-nifs beda jbatti bil-mod ma’ kull minuta sa ma ħadet l-aħħar nifs.

Forsi wara m’hemm xejn, hemm baħħ, kif jgħidu ħafna. Imma ddeċidejt li nemmen li Rożi wara mewtha marret lura f’darha x-Xgħajra, fir-riħa tal-larinġ, mal-ħoss tant għal qalbha tar-riħ isabbtilha mal-antiporta u ma’ Ġovanna rieqda fuq is-siġġu tal-kċina.

Contact Details